It-tabib Frank Portelli lbieraħ filgħaxija kiteb post fejn qal, "Il-varjant tar-Renju Unit B 117 qed jinfirex mit-tfal u jaffettwa wkoll lill-adulti żgħar. Studji issa juru. Jiddispjaċini li kont injorat meta għidt dan f'Jannar ta' din is-sena jiġifieri 3 xhur ilu. Minflok ftaħna skejjel u kkawżajna mwiet bla bżonn."
Aktar informazzjoni dwar il-varjanti qed toħroġ maż-żmien iżda t-tabib Frank Portelli dejjem wissa b'kawtela biex noqogħdu attenti. Statistika riċenti wriet li f'pajjiżna madwar 80% tal-każijiet tal-Covid-19 kienet proprju mill-varjant tar-Renju Unit. Dan wassal biex fil-12 ta' Marzu ġew introdotti miżuri ġodda li għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-11 t'April.
Facebook / Frank Portelli