Minn dak li qalet il-World Health Organization (WHO) stajna naraw li l-varjant Omicron issa nstab f’minn tal-inqas 38 pajjiż differenti, fejn issa daħal ukoll fl-Amerka u l-Awstralja.
Rigward l-effetti tal-Omicron, il-WHO spjegat li l-istudji jistgħu jieħdu ftit ġimgħat sakemm ikun hemm ċertezza dwarhom, dwar jekk jikkawżax aktar mard u dwar kemm il-vaċċini huma effettivi kontra dan il-varjant.
Ħaġa pożittiva li smajna dwar l-Omicron hi li s’issa l-ebda mewt ma ġiet irreġistrata imma minħabba li t-trażmissjoni tiegħu hija kbira u qed jikkawża żieda fil-każijiet fil-pajjiżi jista’ jkun li jdewwen il-ħin biex l-ekonomija dinjija tirkupra.