Kollox kien qed jidher tajjeb wara t-tieni mewġa brutali tax-xitwa, ir-riżultat ta' lockdown flimkien mat-tilqim kontra l-Covid-19. Dan għaliex it-tilqim mhux biss kien ta' prevenzjoni tal-imwiet iżda wkoll waqqaf il-Covid milli jinfirex.

L-istudjużi li kienu jemmnu li l-agħar parti tal-pandemija għaddiet issa jinsabu mħassba minħabba l-varjant Indjan. Hu varjant li jittieħed ħafna u wieħed li jinfirex faċilment u b'hekk jinsabu preokkupati għax "jista' jwassal għal mewġa sinifikanti ħafna ta' infezzjonijiet, potenzjalment akbar minn dik li dehret f'Jannar 2021 kieku ma kienx hemm interventi", qalu l-esperti.

L-epidemjoloġisti għadhom qed jistudjaw kemm hu trasmissibbli l-varjant Indjan. It-tim tas-saħħa pubblika tal-Ingilterra jemmen li huwa mill-inqas trasmissibbli daqs il-varjant ta' Kent li ra l-pajjiż aktar kmieni, iżda xogħol riżultat li għandhom s'issa fl-Indja jgħolli l-prospett li jinfirex sa 60%.

Dan taf joħloq problemi fuq l-isptarijiet minħabba li l-vaċċin ma taħdimx bl-istess mod fuq kulħadd, u fil-pajjiż hemm numru ta' nies speċjalment dawk vulnerabbli li ddeċidew li ma jiħdux it-tilqima.


Emil Calleja Bayliss