Dokumenti ġodda li ħarġu mill-Istati Uniti kixfu informazzjoni ġdida fuq il-varjant Delta. Dawn id-dokumenti wrew li l-varjant jittieħed daqs il-ġidri r-riħ.
Għalkemm dawk li ħadu l-vaċċin qiegħdin f’inqas riskju li jieħdu l-virus, il-varjant Delta jaffettwa kemm lil dawk li ma ħadux il-vaċċin u anke lil dawk li mhux imlaqqma. Din l-informazzjoni biddlet il-perspettiva ta’ ħafna fuq il-ġlieda kontra l-virus għaliex issa anke dawk li huma mlaqqma jridu jibqgħu jipproteġu lilhom infushom permezz tal-maskri u d-distanza soċjali.
Skont l-esperti, għalkemm il-maskri u d-distanza soċjali jnaqqsu l-firxa, il-vaċċin hi l-akbar soluzzjoni kontra din il-kriżi.