Studji mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina (EMA) sabu li l-vaċċin tal-Oxford-AstraZeneca tista’ verament tikkawża blood clots rari bil-plejtlits tad-demm baxx. Madankollu, l-Aġenzija sostniet li l-benefiċċji tat-tilqima jegħlbu bil-kbir ir-riskji ta’ effetti sekondarji.

S’issa, madwar l-Ewropa kien hemm tmintax-il mewt irrapurtati mit-tnejn u sittin każ ta’ blood clotting. Kien hemm ukoll erbgħa u għoxrin każ ta’ speċi ta’ trombożi kkważati mill-vaċċin.

25 miljun persuna s’issa ħadu t-tilqima tal-AstraZeneca. Il-Ġermanja hi waħda mill-pajjiżi li ssospendiet l-użu tal-AstraZeneca għall-persuni taħt is-sittin sena’.


Bernard Xuereb