Il-kumpanija BioNTech, li ħolqot il-vaċċin kontra l-Covid-19 flimkien ma’ Pfizer, ħarġet aħbar li kulħadd xtaqt li jisma.

Dawn qalu li l-vaċċin tagħhom m’għandu bżonn l-ebda tibdil biex jaħdem kontra l-varjanti tal-Covid-19, bħall-varjant Ingliż u dak Brażiljan, li huma aktar kiefra, għax dan joffri l-protezzjoni kontrihom ukoll.

Din l-aħbar ħarġet minn studju li sar u b’hekk, dawk li ħadu l-vaċċiin ta’ Pfizer, jistgħu jserħu rashom għax dawn in-nies se jkunu protetti kontra t-tipi ta’ varjanti li hawn bħalissa.

pfizerbion


Henzley  Bezzina