Illum jaħbat jum għeluq snin raġel importanti immens għall-preżentatur u sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina! Jiddeskrivieh bħala "Il-punt ta' tluq biex jien illum sindku tal-Kalkara". 

Ħadd ħlief in-Nannu Pawlu! Wayne ħa ħsieb iħallilu messaġġ ċkejken t'awgurju f'dan il-jum speċjali flimkien ma' ritratt prezzjuż miegħu. "In-Nannu Pawlu, il-punt tat-tluq biex jien illum Sindku tal-Kalkara. Dejjem kienet ix-xewqa tiegħu li jarani nmexxi lir-raħal li hu stess tant iħobb. Illum, nawguralu f’għeluq sninu." 

Minn qalbna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat!


Kyle Zarb