Permezz ta’ ktiba fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, the Malta Police Force avżaw lis-segwaċi tagħhom dwar messaġġ qarrieqi li qed jiċċirkola bħalissa.

Fil-messaġġ qed tiġi mibgħuta ħolqa li wieħed m’għandux jgħafas għall-ebda raġuni. Hemm ukoll miktub li ħabba raġunijiet ta’ sigurta kellha tingħalaq il-card tal-bank tiegħek, biex int tidħol f’din il-ħolqa u tivverifika biex terġa’ lura għan-normal.

Il-pulizija ta’ Malta qalu biex kull min jirċievi dan il-messaġġ għandu jinjorah. Mit-tim ta’ Gwida nixtiequ nirringrazzjaw lill-Pulizija ta’ Malta li qed iżommuna aġġornati u grazzi kbira tax-xogħol kontinwu tagħhom!

Facebook/The Malta Police Force


Charlton Cefai