Li wieħed juża l-internet u mezzi tal-midja soċjali ma bdietx ilbieraħ. Iżda issa aktar minn qatt qabel, qed nirrikorru għal dan il-mezz minħabba bosta raġunijiet. Nemmnu li anke wara li jgħaddi kollox mis-sitwazzjoni tal-Covid-19, ser ikun hemm żieda aktar ta' attività 'online' fosthom anke kuntatt mat-tfal.

Għal din ir-raġuni, il-pulizija Maltija flimkien mal-Europol qed tħeġġeġ biex ġenituri jew min jieħu ħsieb it-tfal, jiddiskuti magħhom is-sigurtà tagħhom waqt li jagħmlu użu minn din it-teknoloġija!

Huwa tajjeb li naħsbu u ma naljenawx fuq suġġeti bħal dawn għaliex kultant bla ma rridu, niffukaw fuq dak li qed jitkellem dwaru kulħadd, u ninsew mumenti importanti li jafu jsolvulna ħafna problemi futuri!

Grazzi lill-pulizija tal-ħidma bla waqfien li twettaq!

Ritratt: myparent.com


Clifford Galea