Fil-25 ta' Ġunju li għadda l-paġna uffiċjali tal-Pulizija ta' Malta ħabbret li Sharona Grima, tifla ta' 12-il sena ġiet irrapurtata nieqsa. L-aħħar li kienet deheret iċ-ċkejkna kienet l-Erbgħa li għadda, fit-22 ta' Ġunju, ġewwa x-Xagħra Għawdex. 

Waqt li talbu l-għajnuna u l-koperazzjoni tal-pubbliku, it-tfittxija mill-korp kienet għaddejja u fortunatament illum ħabbru li Sharona nstabet. "Nixtiequ ninfurmawkom li t-tifla ta' 12-il sena li kienet irrapurtata nieqsa nhar il-25 ta' Ġunju, instabet qawwija u sħiħa. Nirringrazzjaw lill-pubbliku tal-għajnuna."

Prosit u Grazzi lill-korp kollu!


Kyle Zarb