Hekk kif propju ftit tal-jiem ilu tlabna lilkom il-pubbliku tgħinu lill-coach fitness Matthaeus Grasso biex ikollu idea lil min jista' jagħti ħwejjeġ tal-irġiel li nġabru minn dik li jseħilha l-familja tiegħu, illum Matthaeus għamel kuntatt magħna u qalilna li dawn marru għall-YMCA.
Matthaeus qalilna li kien hemm min issuġġerilu din l-organizzazzjoni, wara li qraw l-artiklu tagħna u għamel kuntatt magħhom. Intant illum membri minn din l-għaqda marru huma stess għal dawn il-ħwejjeġ ġodda u b'hekk, din l-idea ta' żmien il-festi hija kompluta. Il-YMCA hija organizzazzjoni li tgħin lil nies li m'ghandhomx saqaf fuq rashom.
Prosit u grazzi lilkom li tinteressaw irwieħkom f'dak li nippreżentawlkom u prosit lil Matthaeus ta' dan il-ġest nobbli.
Ritratt: Facebook/ Matthaeus Grasso