Ftit ilu l-paġna Is-Servizz Pubbliku kitbet fuq avviż għal dawk kollha li jużaw is-servizz tal-Gozo Channel, biex fid-dawl tal-kundizzjoni mhux daqstant tajba tat-temp, jipprevenu.

'Ninsabu infurmati li s-servizz tal-Gozo Channel se jwaqqaf is-servizzi tiegħu minħabba l-maltemp li ħakem l-gżejjer tagħna."

L-appell ikomli, "Għaldaqstant, il-ħaddiema Għawdxin u Maltin li għandhom bżonn jaqsmu bil-baħar u jaħdmu fis-settur pubbliku, illejla huma eżentati li jirrapurtaw għax-xogħol."

Fl-iktar post riċenti l-paġna uffiċjali tal-Gozo Channel ħabbret,

"Il-kumpanija Gozo Channel Operations Ltd tixtieq tinforma lil pubbliku illi s-servizz tal-vapur ser jigi sospiz sakemm jinghata avviz iehor."


Kyle Zarb