Oleksandra Kvitko hija psikologa ġewwa l-Ukraina li qiegħda taħdem ma’ persuni affettwati mil-gwerra li għaddejja bħalissa bejn l-Ukraina u r-Russja.

Waqt intervista ma’ Sky TG24, stazzjon tal-aħbarijiet Taljan, qalet li fl-aħħar 88 jum, għenet mal-400 persuna waħidha. Minbarra l-effetti koroh li qed iħallu t-truppi Russi ġewwa l-bliet Ukreni, instabu xi suldati li stupraw diversi tfal, anka ta’ ftit xhur biss.

Fl-intervista semmiet diversi każijiet, fosthom il-każ ta’ stupru fuq tarbija ta’ 9 xhur b’xemgħa. Kvitko qalet li dan ir-reat spiss jitwettaq quddiem xi udjenza.

View this post on Instagram

A post shared by Sky tg24 (@skytg24)

Instagram / @skytg24


Nicole Zammit