Hekk kif bdiet l-iskeda l-ġdida fuq l-istazzjonijiet kollha, programm li issa sar sinonimu mas-Sibt filgħaxija huwa The Entertainers, li issa dieħel fil-ħames sena tiegħu.

Programm li huwa segwit ferm peress li huwa l-unika wieħed li għadu joffri mużika live fuq l-istazzjonijiet lokali permezz ta' band immexxija minn Mro. Mark Spiteri Lucas.

the entertainers

Facebook / The Entertainers

It-tmexxija u preżentazzjoni tal-programm se terġa tiġi fdata f-idejn il-preżentatur u kantant popolari Janvil li se jmexxi sagħtejn u nofs ta' kull tip ta' varjeta' fosthom żfin, kant u anke talenti oħra diversi lokali.

janvil

Facebook / Ian J Vella

Apparti l-ħafna kantanti mistiedna li se jkun hemm f'kull programm, se jkun hemm ukoll il-kantanti residenti Ivan Spiteri Lucas u Michela Galea.

michela

Facebook / Michela Galea

Rokna ġdida li se tibda tintwera kull nhar ta' Sibt jisimha Aħna l-Maltin fejn ta' kull ġimgħa mistednin diversi se jiddiskutu temi lokali li jolqtu lilna l-Maltin mil-qrib.

Nhar is-Sibt li ġej, fl-okkażjoni ta' Animal Awareness Day, se tibda l-ewwel diskussjoni propju bil-mod ta' kif aħna l-Maltin inħarsu lejn l-annimali, bil-mistiedna jkunu Salvu Mallia, Jackie Bartolo u Nigel Borg Cardona fost l-oħrajn. 

Jaf ikun hemm xi annimali fl-istudio għax l-invit kien wieħed miftuħ għalihom ukoll!

entertainers

Facebook / The Entertainers

The Entertainers jerġa jibda nhar is-Sibt 5 t'Ottubru fit-20:30 fuq Net TV.

Facebook / The Entertainers


Neville Refalo