Jidher li dan l-aħħar kien hawn xi għidut dwar jekk Min Imissu? hux ser isir jew le din is-sena.

Il-paġna tal-programm tefgħet filmat fejn jitkellem Peppi ta’ Min Imissu, li huwa nterpretat mill-attur Julian Calleja, fejn wera lis-segwaċi prova li l-programm żgur se jkun qed isir. F’idu kellu l-iskeda tal-programm u anke deher ftit mill-iffilmjar.

Li jonqos huwa li jgħidulna d-data ta’ meta se jkompli Min Imissu? u anke forsi jiżvelaw xi mistiedna li se jkunu qed jieħdu sehem fl-istaġun li jmiss ta’ dan il-programm tant maħbub u popolari.


Henzley  Bezzina