Il-programmi televiżivi li jesebixxu t-talent lokali tassew jinżlu għasel mas-segwaċi Maltin.  Wara s-suċċess li kisbu l-programmi X Factor, u Malta’s Got Talent, il-kumpanija greatt ftit tal-ġimgħat ilu ħabbret li f’Malta ser jasal il-programm The Voice għat-tfal.  

L-istess kumpanija ħabbret li ser jirritorna Malta’s Got Talent għat-tieni staġun.  L-applikazzjonijiet huma miftuħin bħalissa għal kull min jixtieq jesibixxi t-talent straordinarju tiegħu.  Malta’s Got Talent qiegħed ifittex “L-eċċezzjonali, l-uniku, u l-inkredibbli,” u r-rebbieħ tal-programm wara numru ta’ fażijiet, jirbaħ il-premju sabiħ ta’ €25,000. 

Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni kienu il-missier u l-iben Jomike u Lydon, li serqu l-qlub tal-Maltin bil-makjetti tradizzjonali b’suġġetti ħelwin u kurrenti miktuba minn Jomike stess.  Fit-tieni post ikkwalifika l-grupp taż-żfin The Movement li ntogħġob ferm għall-koordinazzjoni inkredibbli! 

Għandek lil xi ħadd f’moħħok li għandu jieħu sehem?  Agħmel tag fil-kummenti!


Marija Bellia