Fl-aħħar jiem bdiet iddur l-aħbar li ħabbar il-Gvern Ċiprijott li hu ħa jkun qed jopera titjiriet lejn Malta minħabba li pajjiżna huwa wieħed mill-aktar siguri fir-rigward ta' din il-pandemija. Malta ma' numru żgħir ta' pajjiżi oħra ħa tkun tista' topera titjiriet lejn Ċipru fid-9 ta' Ġunju.

View this post on Instagram

A post shared by 🌍BorderlessTravelers🌍 (@borderlesstravelers) on

Fl-ewwel fażi wieħed irid ikun għamel test li ħareġ negattiv fi żmien 72 siegħa qabel it-titjira filwaqt li fit-tieni fażi ta' tnaqqis tar-restrizzjonijiet li tibda fl-20 ta' Ġunju dan ma jkunx hemm bżonnu. Il-Professur Charmaine Gauci wieġbet jekk Malta hu ħa tkun qed tiftaħ l-ajruport u l-vjaġġi lejn Ċipru.

Il-Professur Gauci kellha risposta ċara dwar dan, "Bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet fuq din is-sitwazzjoni u bħalissa m'hemm xejn ikkonfermat." Dan ifisser li għadha ma ttieħditx deċiżjoni.

Instagram / VisitCyprusPlaces


Emil Calleja Bayliss