L-attur Elliot Micallef minn Division 7 fakkarna li llejla ħa jkun qed jiġi mniedi t-trailer uffiċjali tal-istaġun li jmiss tal-istess sensiela. Hemm ħafna nies ħerqana sabiex jaraw x'ħa jkun qed joffri dan it-trailer u jekk hux ħa jagħtina togħma ta' x'għandna nistennew.

Hemm ħafna kurżitajiet u intriċċi li jridu jiġu solvuti. Elliot jistqarr li l-produtturi tas-sensiela talbuh sabiex jerġa' jqaxxar xagħru. Tgħid dan nistgħu nqisuh bħala ħjiel ta' x'ħa jkun qed jiġri f'dan l-istaġun ta' Division 7?

L-attur ma jiżvela xejn aktar ħlief dan. Ikollna nistennew u naraw jekk illejla niskoprux għala ġie mitlub jagħmel dan jew jekk hux ħa jkollna nistennew aktar jiem sa ma tibda din is-sensiela.

Facebook / Elliot Micallef


Emil Calleja Bayliss