Sinna minn kelb il-baħar estint, li nstabet f’Malta fis-sittinijiet, ġiet ippreżentata lill-Prinċep George tal-Gran Brittanja mix-xandar u naturalista famuż Sir David Attenborough.

Is-sinna tal-kelb il-baħar kienet instabet minn Sir Attenborough waqt vaganza tal-familja f’Malta fl-aħħar tas-sittinijiet. Kieniet imwaħħla f'ġebel tal-franka artab isfar, u għandha madwar 23 miljun sena.

Il-kelb il-baħar, bl-isem ta’ Carcharocles megalodon, huwa maħsub li kien jikber sa 15-il metru, l-istess tul ta’ whale shark adult (li għadu jeżisti), u d-doppju tal-great white shark.

Sir Attenborough kien qed jattendi wirja privata tad-dokumentarju l-ġdid tiegħu A Life On Our Planet fil-Palazz ta’ Kensington meta ta din is-sinna lill-Prinċep George. Sir Attenborough u l-Prinċep William għamlu kampanja dwar kwistjonijiet ambjentali.


Nicole Barbara