Il-Prinċipessa Eugenie u żewġha Jack Brooksbank jinsabu lesti biex jilqgħu t-tieni wild tagħhom.

In-neputija tar-Reġina u żewġha qed jistennew żieda fil-familja tagħhom għal Awwissu. Il-Prinċipessa ta’ 32 sena qasmet ritratt ħelu fejn binha August qed jagħti bewsa fuq żaqqha, bl-iskop li tħabbar l-aħbar.

Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb