Il-Prinċipessa Beatrice, in-neputija tar-Reġina Eliżabetta t-tieni u bint il-prinċep Andrew, qed tistenna t-tieni tarbija tagħha ma' żewġha Edoardo Mapelli Mozzi. Buckingham Palace ħabbar l-aħbar fl-ewwel ta' Ottubru 2024, u qal li t-tarbija mistennija titwieled fil-bidu tar-rebbiegħa tal-2025. Il-koppja diġà għandhom tifla, Sienna, li twieldet f'Settembru 2021, filwaqt li Edoardo għandu wkoll iben ta’ tmien snin, Wolfie, minn relazzjoni preċedenti.
Din it-tarbija mistennija tkun il-11 il-persuna fil-linja għas-suċċessjoni tat-tron. It-tarbija ser tkun ukoll l-14 il-pro-neputija tar-Reġina Elizabetta. Din kienet aħbar li ġabet ferħ kbir fost il-familja rjali li bħalissa għaddejjin minn perjodu xejn sabiħ li jirrigwardja s-saħħa ta’ bosta membri minnhom fosthom omm il-prinċipessa Beatrice.