Il-Prinċipessa Ġappuniża, Mako, iżżewġet lil Kei Komuro wara li erba’ snin ilu kienu ħabbru l-għerusija tagħhom. Dawn iltaqgħu fl-università li kienu qed jistudjaw fiha.

Minħabba dan iż-żwieġ il-Prinċipessa Mako kellha tneħħi l-istat irjali tagħha minħabba li fil-Ġappun, il-membri rjali femminili jitilfu l-istat irjali jekk jiżżewġu raġel li jkun meqjus bħala bniedem ‘komuni’.

Din il-koppja qed tiġi mqabbla mal-Prinċep Harry tal-Ingilterra u Meghan Markle wara li Harry kien neħħa l-istat irjali tiegħu mill-Familja Rjali tal-Ingilterra.

mako2


Henzley  Bezzina