Il-Prinċep William, id-Duka ta’ Cambridge ħareġ messaġġ ħelu lil ommu Lady Diana f’għeluq sninha. Fir-riċeviment tal-premju ta’ Lady Diana, li jimmerita lil żgħażagħ li jkunu għamlu xi ġid fil-komunità, minħabba li Lady Diana kienet temmen li l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar huma dawk li ser ibiddlu d-dinja, u l-futur tagħha.

Għar-rebbieħa ta’ din is-sena, il-Prinċep William kiteb kif huma “il-personifikazzjoni tal-legat ta’ ommi, u żgur li kienet tkun kburija bikom.” Huwa żied billi qal “nemmen li m’hemmx mod aħjar kif niċċelebraw ħajjitha milli naħdmu biex nirrikonoxxu n-nies li qegħdin jiddedikaw ħajjithom għall-ġid komuni.”

Lady Diana twieldet fl-1 ta’ Lulju fl-1961, u mietet fil-31 ta’ Awwisu 1997 fl-età ta’ 36 sena. Kieku illum għalqet 61 sena.


Nicole Zammit