Jidher li minn Lulju li ġej ser inkunu qed nerġgħu naraw lil preżentatriċi li għal ċertu żmien konna narawha ħafna f'bosta avvenimenti. Hi kellha l-opporunità li anke tipreżenta l-Malta Eurovision fil-passat.

Din mhi ħadd ħlief Valerie Vella. Valeria ħa tkun qed terġa' lura bi programm ġdid bl-isem ta' Vale fl-1 ta' Lulju. Fatt kurjuż huwa li l-isem Vale inħoloq minn parti minn isimha stess. F'din il-produzzjoni Valerie ser tkun qed tgħaqqad żewġ passjonijiet minn tagħha; l-ambjent u dak ollu favur is-sostenibbiltà. 

Kull nhar ta' Erbgħa fl-4pm fuq Net TV, il-preżentatriċi ser tkun qed turi fl-irkejjen tagħha l-fatt li kull ħaġa eżistenti fuq il-pjaneta tagħna għandha l-valur tagħha. Sintendi kull ma jissemma se jkun b'xi mod u manjiera relatat ma' dak kollu li huwa ta' valur għall-ambjent. Hi ħabret ftit ilu fuq il-paġna tagħha ta' Facebook.

gf 

Tinsabu ħerqana biex tibdew issegwu dak li ser tkun qiegħda toffri Valerie?

Facebook/ Valerie Vella


Kyle Zarb