Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono ġiet mistiedna biex titkellem ftit dwar il-bżonn tal-Istrina fejn spjegat kif il-mard ma jġibx miegħu tfittxija għall-fejqan biss għaliex jaffettwa wkoll il-finanzi ta’ persuna. B'dan il-messaġġ hi xtaqet tappella biex jingħataw iżjed donazzjonijiet waqt l-Istrina.

Hi qalet, “Forsi n-nies hemm barra jaħsbu li meta naffaċċjaw il-mard, irridu naraw li nagħtu l-kura biex forsi naslu għall-fejqan... imma l-mard mhux dik biss il-kura biss, jitfa’ lill-familja fi tbatija oħra għaliex ħafna drabi l-introjtu tal-familja jonqos.”

Fuq il-paġna tal-Istrina ġew ippubblikati bosta filmati oħra ta' kliem mingħand il-President li jġiegħlek verament taħseb. Dan il-kliem profond immens jispjega b’iżjed dettall għaliex id-donazzjonijiet huma daqshekk important u għalxiex jintużaw.

Instagram /@istrinamalta


Gabriella Borg