Minħabba li l-Fun Run li s-soltu mdorrijin ikollna fi żmien il-Milied ma saritx, din saret illum bit-tluq minn 4 postijiet differenti. Bħal dejjem, ikun hemm min l-hena tiegħu jimxieha jew inkella jkollu ftit iżjed gazz u jiġrieha. Bosta personalitajiet u anke membri parlamentari attendew għal din il-Fun Run 2020

Minn Raħal Ġdid, Santa Venera u minn ħdejn l-Università ta' Malta telqu gruppi tan-nies bil-mixi filwaqt li l-ġirja bdiet mir-Rabat. Il-bidu kien fl-10:00. Din is-sena hija l-11-il edizzjoni tal-Fun Run imtella’ mill-Uffiċju tal-President b’risq il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

L-attività kollha tiġi fi tmiemha fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta f’manifestazzjoni ta’ solidarjetà dejjem bil-ħsieb li jkun hemm għajnuna għal nies vulnerabbli jew li jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet diffiċli tul il-ħajja. Prosit tassew lill-poplu Malti u Għawdxi li dejjem ikun fuq quddiem fit-turija ta' rispett u solidarjetà!

Ritratt: Facebook/ President of Malta George Vella


Clifford Galea