Proprju llum il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono kellha l-opportunità li jkollha udjenza privata mal-Papa Franġisku.
Fuq il-mezzi soċjali, l-President tistqarr li l-Papa Franġisku fost oħrajn ġedded il-memorji tiegħu miż-żjara li kien għamel f'Malta lura fl-2022.
"Il-Papa ġedded ukoll il-memorji ta' meta kien jistudja fi Buenos Aires u miegħu kellu proprju żewġ studenti Għawdxin," tkompli l-President fuq nota kommoventi.
Tul il-laqgħa l-Papa tħaddet ukoll dwar diversi suġġetti oħrajn fosthom l-irwol tan-nisa fit-tmexxija u l-importanza li jiżdiedu t-twelid tal-ulied.
Ritratti: Facebook / Myriam Spiteri Debono u popefrancis.mt