Fuq il-paġna uffiċjali l-President Dr. George Vella għadu kemm ħabbar id-data tat-12-il edizzjoni ta' The President's Solidarity Fun Run. L-edizzjoni ta' din is-sena se tkun qed issir nhar il-Ħadd 21 ta' Novembru.

Il-President jagħmel ir-ringrazzjamenti tiegħu fil-waqt li jxerred diversi ritratti mil-laqgħa li saret aktar kmieni. "Din is-sena b'differenza hekk kif il-Fun Run ser tmur fl-ibliet u rħula ta’ Malta u Għawdex. Nirringrazzja lil BeActive - SportMalta, l-Local Councils' Association Malta u lill-isponsors kollha tal-kollaborazzjoni tagħhom u nappella lill-poplu Malti biex jieħdu sehem f’din l-attività."  

Bħal dejjem iħeġġeġ lill-pubbliku biex ikun ġeneruż, u għal darb'oħra jkun evidenza ċara tal-qalb kbira li għandu l-poplu Malti. Ejjew inkunu parti minn din l-għajnuna. "L-għajnuna tagħkom ser tkun qed tgħin lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn, min għaddej minn xi għawġ kbir ta’ saħħa u lil min huwa vulnerabbli. Grazzi bil-quddiem." 

Dan hu l-flokk uffiċjali ta' din l-edizzjoni:


Kyle Zarb