Waqt l-iżjara li kellu fil-Kastell ta’ Windsor, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li r-Reġina Eliżabetta fakkritu ħafna f’ommu!
Fil-laqgħa li kellhom, huma tkellmu fuq sitwazzjonijiet politiċi u wara r-Reġina stednitu għat-te fil-Kastell ta’ Windsor. Biden qal li r-Reġina fakkritu f’ommu kemm fid-dehra u anki fil-karattru.
Qal ukoll li meta kien għadu se jiltaqa’ mar-Reġina għall-ewwel darba, ommu kienet qaltlu biex ma jitbaxxiex quddiemha. Dan il-parir żammu għat-tieni darba li ltaqa’ mar-Reġina u għamel kif kienet qaltlu ommu.
Hu ddeskriva r-Reġina bħala mara “grazzjuża” u fakkritu fil-mara li tatu dak il-parir madwar erbgħin sena ilu.