Illum tagħlaq sninha Yanika Curmi, li tiġi omm Kaya Gouder Curmi, l-ambaxxattriċi Maltija li rrappreżentart lil Malta fil-Junior Eurovision 2021 flimkien ma' Ike.
Kaya kienet fost dawk li ħadet ħsieb tħallilha messaġġ mill-isbaħ lil ommha f'għeluq sninha. "M'hemmx biżżejjed kliem biex jiddeskrivi kemm hi importanti ommi għalija u x'influwenza qawwija għadha tkun. Hija l-aqwa ħabiba tiegħi... Grazzi ta' kollox Ma, inħobbok bla qies!"
Il-kantanta Gillian Attard ukoll ħalliet messaġġ lil Yanika li hi ħabiba viċin tagħha. "Il-preżenza tiegħek f'ħajti ġġib tant ferħ, daħk u entużjażmu," tikteb Gillian. Kaya u Gillian xerrdu ritratti flimkien ma' Yanika għall-okkażjoni.
Awguri mill-qalb Yanika!
Facebook/ Kaya Gouder Curmi