Il-ġimgħa l-oħra tħabbar li Luke Dalli ser ikun parti mill-produzzjoni tal-programm Awla din id-darba, iżda mhux ser jkun qed jippreżentah hu. Għaldaqstant il-mistoqsija kienet, min hu l-preżentatur ġdid?
Dakinhar stess it-tim ta' Awla ta ħjiel fuq il-paġna uffiċjali permezz ta' ritratt tal-preżentatur meta kien iżgħar. Dan iż-żagħżugħ rajnieh minn età ċkejkna jieħu sehem bħala attur f'diversi produzzjonijiet lokali, kif ukoll diġà rajnieh jippreżenta.
Sinjuri, sinjuri... Ronald Vassallo! Ftit ilu l-paġna tellgħet ritratt ta' Ronald flimkien ma' parti mit-tim ta' Awla għas-sensiela li jmiss.
Facebook/ Awla