Il-preżentatur Roderick Azzopardi Custo qasam fuq il-profil tiegħu ħsieb li jirritorna programm tiegħu fuq Facebook. Idea li mingħajr ma hemm ċertezza ser isseħħ, diġà wrew is-support għaliha s-segwaċi ta' Roderick.

L-idea tikkonċerna lil Roderick flimkien mal-kantant uniku Renato Micallef. "Għandi ħsieb li fuq Facebook nerġa' nagħmel programm ta’ mużika kollu ddedikat lill-mużika Maltija!! Forsi fuq Facebook flimkien ma’ Renato Micallef". Fil-fatt in-nies diġà bdiet turi l-ħeġġa biex jirritorna dan il-programm hekk kif ilkoll ikkummentaw li ħassew in-nuqqas tiegħu. 

Uħud bdew jgħidu x'kanzunetti bil-Malti jħobbu l-aktar jisimgħu bit-tama li jindaqqu waqt il-programm ta' Roderick u Renato. X'taħseb minn din l-idea? Kont issegwih inti dan il-programm tal-mużika Maltija?

Sadanittant, infakkru li Roderick ikun magħkom kull filgħodu fuq Radju Malta għall-programm tiegħu Żveljarin.


Kyle Zarb