Il-programmi tal-preżentatur u chef lokali Manuel Aquilina huma dejjem mistennija mill-pubbliku, u l-udjenza tiegħu hi tant leali lejh. Ħafna żgur kienu qed jistennew dak li ħabbar aktar kmieni Manuel fuq il-profili tiegħu, hekk kif il-programm What's Cooking ser ikun qed jirritorna.

Manuel kiteb, "Chef Manuel lura fil-kċina għall-bidu tal-istaġun il-ġdid ta' What's Cooking, nhar l-Erbgħa li ġej fis-18:00 fuq ONE." Hu xerred anke ritratt meħud fil-kċina popolari fejn jilqa' kull ġimgħa lit-telespettaturi minn ġo djarhom.

Ma naqsux il-kummenti tas-segwaċi tiegħu li jinsabu tant ħerqana u entużjasti biex igawdu b'aktar riċetti mingħandu. Mela tinsewx! What's Cooking kull nhar ta' Erbgħa fuq ONE.


Kyle Zarb