Il-preżentatur Dylon Brignano għadu kif ħabbar fuq il-profil ta' Facebook li ser ikun qed jibda programm ġdid fuq NET, din id-darba bl-isem Tlaqna! Għax-Xogħol.
"Ninsab eċitat waqt li nħabbar Tlaqna! Għax-Xogħol – programm televiżiv divertenti u informattiv – jibda nhar it-Tnejn, 30 ta’ Settembru fit-20:15 fuq NET Television! Ingħaqad miegħi hekk kif inżur postijiet tax-xogħol differenti madwar Malta, nintervista lill-ħaddiema, u anke nipprova x-xogħol tagħhom!"
Il-programm ser ikun qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ħamis. Titilfuhx!