Il-paġna Aġġornament tat-Temp kitbu dwar ir-riħ li laqat lil pajjiżna lbieraħ u dwar dak li għandna nistennew fil-ħin li ġej. Huma kitbu, "Ilbieraħ 13:02 ġiet irreġistrata l-aktar buffura riħ qawwija mill-Grigal. Din kienet 47 knots jew aħjar forza 9, fix-Xagħra, Għawdex. Bħala data nsibu li lbieraħ medja tar-riħ kien forza 7."

Huma jkomplu jżidu, "L-aktar li għamel ħin qawwi ir-riħ kien bejn 13:00 u 18:30 b'medja titla' forza 8. Xita kellna medja ta' 6mm bit-total ta' xita issa qiegħed 188mm. Medja ta' xita f'Għawdex hija 220mm. Il-possibbilità ta' xita llum hi 45%."

Huma jinfurmaw in-nies, "Għada tirritorna maltempata oħra li taf tagħti ferm aktar xita mill- aħħar li kellna. Dan il-front kiesaħ ser jgħaddi minn fuqna kmieni filgħodu u jgħaddi sas-14:00 bħala intensità. Xorta tibqa' possibbilità ta' ħalbiet tax-xita sa nhar l-Erbgħa filgħodu. Din il- pressjoni baxxa biċ-ċentru tagħha jgħaddi minn fuqna."


Emil Calleja Bayliss