Il-popolazzjoni ta’ Malta issa tlaħħaq aktar minn 563,000 ruħ, skont statistika nazzjonali li ġiet ippubblikata nhar l-Erbgħa biex tfakkar il-Jum Dinji tal-Popolazzjoni. Id-data turi li n-numru ta’ nies f’Malta żdied bi kważi 21,000, jew aħjar 4%, fl-ispazju tas-sena. Sa tmiem l-2023 il-popolazzjoni f'pajjiżna laħqet l-563,443. Din iċ-ċifra kienet ta’ 542,483 sena qabel.

Din iż-żieda tista' tgħid seħħet grazzi l-aktar għall-immigrazzjoni, li laħqet l-ogħla livell li qatt sar, b’aktar minn 42,000 persuna li ġew jgħixu f'pajjiżna matul l-2023. Madwar 33,000 ta' ċittadini kienu pajjiżi terzi, filwaqt li 7,000 ċittadin tal-UE wkoll ġew jgħixu Malta. Madwar 2,200 ċittadin Malti irritornaw lejn il-gżejjer Maltin is-sena li għaddiet.

Il-mistoqsija tqum weħdiha. Hawn wisq nies f'pajjiżna jew pajjiżna jiflaħ aktar? L-opinjonijiet huma diversi iżda ħafna huma tal-istess fehma, li l-infrastruttura tal-pajjiż qed tbati b'din iż-żieda. X'taħsbu?


Emil Calleja Bayliss