Ludwig Galea għadda messaġġ importanti issa li żmien l-avvenimenti artistiċi wasal magħna!

Hu jagħti parir biex ma nerġgħux nirrepetu l-istess żbalji li saru fis-sajf li għadda għaliex skontu l-problema ġejja mhux mill-Maltin imma minn dawk li deħlin f’pajjiżna.

Għalhekk jissuġġerixxi biex il-produtturi u artisti jingħataw iċ-ċans joħolqu avvenimenti b’mod responsabbli għax “il-pajjiż fih innifsu fih potenzjal ta’ fejn wieħed jista’ jipproduċi avveniment ta’ massa b’kawtela, li tkun ħasra jekk ma jingħatax iċ-ċans biex nippruvaw.

L-enfasi għandha tkun fuq il-barranin li deħlin fil-pajjiż u mhux fuq l-artisti lokali li jridu jagħmlu xogħolhom!


Shanice Ahar