Għadu kif ġie mħabbar ftit tal-ħin ilu li, "Il-Kumitat tal-Pompi tal-Petrol fi ħdan il-Malta Chamber of SMEs jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li minn nhar it-Tnejn 25 ta’ Mejju il-pompi kollha f'Malta u Għawdex se jerġgħu jestendu l-ħinijiet tal-operat bl-attendant wara li kienu tnaqqsu minħabba l-Covid-19."

Huma żiedu li, "Il-ħinijiet il-ġodda se jkunu mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-06:00 sal-17:00 u s-Sibt mis-06:00 sas-14:00. Fil-ħinijiet l-oħra, inkluż Ħdud u Festi Pubbliċi, il-pompi se jibqgħu jaħdmu bis-sistema ta’ self-service bl-OPT biex b’hekk is-servizz jkun jista’ jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum."


Emil Calleja Bayliss