Ikona lokali u waħda mill-aktar pjanisti magħrufa f'Malta, Cynthia Turner mietet wara li allegatament ikkuntrattat il-Covid-19. Hi kellha 88 sena.

Ritratt: Cynthia Turner / Times of Malta

Turner daqqet f'postijiet varji, kemm lokali u wkoll barranin, kif ukoll fuq ir-radju u t-TV kemm f'Malta kif ukoll barra, inkluż fl-Italja, fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Eġittu. Fl-1967, hija saħansitra daqqet għar-Reġina u l-Prinċep Philip fit-Teatru prestiġjuż lokali it-Teatru Manoel.

View this post on Instagram

A post shared by Phil Turner (@pcturner)

Turner twieled fl-1932 fil-Belt Valletta u attendiet il-Kunvent tal-Qalb ta’ Ġesu’. Kienet parti mir-Royal Academy of Music ta’ Londra u fl-2004 saret membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu li huwa wieħed mill-ogħla unuri tal-gżejjer.

Strieħ fil-paċi, Cynthia Turner.

Cynthia Turner / Times of Malta


Emil Calleja Bayliss