Ħanut li se jkun qed jagħlaq il-bibien tiegħu darba għal dejjem huwa l-Pizza Hut ġewwa Tas-Sliema. Ħanut li ilu hemm għal diversi snin. Żgur li jekk għaddejtu minn Triq Bisazza innotajtuh jekk qatt ma mortu hemm speċifikament.
Fuq il-mezzi soċjali tagħhom huma kitbu, "Inagħqdu magħna biex insellmu lill-ħanut maħbub tagħna tal-Pizza Hut f'Tas-Sliema. Il-ħanut ta’ Tas-Sliema se jkun qed jagħlaq il-bibien tiegħu nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru 2023. Grazzi tal-patroċinju tiegħek matul is-snin."
Min jaf kemm-il darba żortu l-ħanut, speċjalment dawk li kienu joħorġu u jmorru tas-Sliema ma' sħabhom meta kien għadhom żgħażagħ.