Illum tiċċelebra għeluq sninha Sarah, il-mara tal-kantant lokali Ludwig Galea. F'dan il-jum, Ludwig ħallielha messaġġ ta' mħabba sabiex jawguralha l-isbaħ xewqat.

Hu kitbilha, "Int mhux biss marti u omm it-tfal tiegħi, int l-aqwa ħabiba tiegħi, il-persuna li nista’ niddependi fuqha, dik li tifhimni kompletament, il-persuna li tagħmel il-vjaġġ tagħna f’din id-dinja komplut. Happy Birthday Sarah Aquilina b'imħabba."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Sarah l-isbaħ xewqat għal dan il-jum għażiż u nittamaw li jkollha sena mimlija b'dak kollu li hi tassew tixtieq.

Facebook / Sarah Aquilina


Emil Calleja Bayliss