Tony, raġel li għandu għal qalbu ħafna l-karozzi tal-linja l-antiki jgħid xi jħoss dwar li m’għadna naraw l-ebda xarabank tradizzjonali fit-toroq Maltin. “Jaqbadni l-biki u l-bard meta niftakar li ma fadalx iżjed xarabanks fit-toroq Maltin.”

Minħabba li llum il-karozzi tal-linja nbidlu, l-antiki m’għadniex naraw bħalhom. Għalhekk għal ċerti nies meta jħarsu lura, din tista’ ssarraf f’nostalġija u dieqa kbira. Tony jgħid li dak li hemm fir-ritratt “huwa l-unika trakk li fadal bil-bonett maħruġ ’il barra, mudguard iswed u ditta Thames.”

Tony jgħid, “kelli sitt trakkijiet tal-linja qabel ma spiċċaw mit-toroq. Fil-familja konna bix-xarabanks, jiena kont insuq biss għax-xewqa, nhar ta’ Ħadd.” Għalhekk, il-fatt li mhux se jerġa’ jara karozza tal-linja tradizzjonali fit-toroq Maltin, għal Tony hija ta’ dieqa kbira. Dan jidher aktar u aktar meta Tony kien isuq ix-xarabank bħala passatemp!

Facebook / The People of Malta


Yasmin Camilleri