Bosta sorsi infurmati għadhom kif irrappurtaw li l-partner taz-Zija TT ta' 22 sena ġie mressaq il-qorti wara li attakkaha u spiċċat fi stat ħażin nhar il-Ġimgħa li għadda. Jidher li hu tkellem mal-uffiċjali tal-pulizija fejn aktar kmieni llum u mbikkem qal li jibża' jeħel il-ħabs minħabba l-passat tiegħu. 

Ir-raġel jgħix Bormla u llum inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li l-Ġimgħa li għaddiet, attakka liz-Zija TT. Aktar tard hu ġie anke akkużat b’pussess ta’ droga.

Fil-Qorti nstema’ kif il-koppja kellhom argument fuq il-mobile taz-Zija TT u minn hemm spiċċa f'attakk vjolenti li ħalliha fi stat diżastruż. Jidher li dan kollu qalu r-raġel ta' 22 sena stess meta mar l-għassa f’Bormla minn jeddu.

Solidarjetà mill-ġdid maz-Zija TT wara t-trawma li għaddiet minnha.


Gwida.mt