David Agius qasam żewġ ritratti ma' missieru u messaġġ ħelu f'dan il-jum speċjali għalih. David beda billi kiteb, "Illum 13.05.2022 il-papa tiegħi Twanny jagħlaq 79 sena. Happy Birthday u grazzi minn qalbi Pa ta’ kull m’għamilt miegħi u mal-familja tagħna."

Hu żied jgħid, "Il-valuri u l-prinċipji sodi tar-rispett u l-irġulija li inti u ommi Mary żrajtu fija, kibru sew u mhu ser jinbidlu qatt. Nawguralek aktar saħħa u kuraġġ. Inħobbok ħafna Pa."

Aħna f'isem Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u nittamaw li jgawdi dan il-jum ma' dawk l-aktar għeżież għalih. Nawgurawlu saħħa, hena u kuntentizza. 

Facebook / David Agius


Emil Calleja Bayliss