Il-Vatikan għadu kif ħabbar li l-Papa Franġisku kkanċella tliet apparenzi fil-qarib minħabba li kellu attakk qawwi ta’ wġigħ fin-nerv ta’ dahru.

Dan il-Papa li llum għandu 84 sena, xorta waħda ser ikun qed jagħmel it-talb tal-Angelus f’nofsinhar iżda wara mhux ser iqaddes il-quddies u lanqas ser jgħid it-talb ta’ filgħaxija fil-basilika ta’ San Pawl. Laqgħha li kellha sseħħ it-tnejn ġiet postponuta wkoll għal din ir-raġuni.

Din mhijiex l-ewwel darba li l-Papa Franġisku sofra attakki tax-xatka. Infatti ċ-ċerimonji tal-ewwel tas-sena kellu jaqbiżhom ukoll.

Bejn it-3 u t-8 ta’ Marzu hemm pjanat li għandu jmur iżur l-Iraq iżda dawn it-tip ta’vjaġġi huma ta’ strapazz qawwi minħabba li l-funzjonijiet ikunu twal kif ukoll numri kbar ta’ appuntamenti.

s

Pexels, Euronews


Rowena Calleja