Il-Papa Franġisku bagħat ittra personali miktuba minnu lil Fr. Dionysus Mintoff, ħu Dom Mintoff, li għalaq 90 sena din il-ġimgħa.

Il-Papa xtaqlu awguri għal għeluq sninu u rringrazzjah tax-xogħol importanti li jagħmel b’mod partikolari talli stabilixxa ċentru ta’ paċi u kenn għall-immigranti f’Malta.

Fr. Dionysus xtaq personalment li juri lill-Papa madwar Malta f’vista li kellha ssir f’Mejju li għadda, li sfrattat minħabba l-pandemija.


Bernard Xuereb