Il-Pantomima bil-Malti tal-Istitut Kattoliku tidher li ħa tirritorna mill-ġdid u wara li s-sena li għaddiet saħħruna bl-istorja ta' Aladdin, ninsabu kurjużi xi storja ħa jkollna din is-sena. Fil-parti prinċipali rajna l-attriċi u kantanta Michela Galea u lill-attur Matthew Sant Sultana, filwaqt li l-parti tad-dama kienet fdata f'idejn Rodney Gauci.

Tliet uċuħ li jidher li ħa nerġgħu narawhom fil-pantomima ta' din is-sena. Magħhom jingħaqdu wċuħ oħra li rajna fis-snin passati, inkluż Julie Pomorski, Brian Farrugia, Mario Cassar, Alexia Micallef, Leah Mifsud u Mariah Mangion.

Tliet uċuħ ġodda li donnu ħa jkunu qed jiddebuttaw f'din il-pantomima huma, Francesca Scerri, Ainsley Cini Robinich u Kyle Cutajar. Lil Kyle żgur li ħafna jiftakruh minn X Factor Malta, fejn wasal sal-finali tat-tieni staġun.

Sa issa xejn għadu mhu kkonfermat iżda l-kast irħielha għal ġurnata ħdejn il-pool u tellgħu r-ritratti fuq il-midja soċjali. Fir-ritratt jidher ukoll Ray Abdilla li ssoltu jkun inkarigat mid-direzzjoni ta' din il-pantomima.

Facebook / Leah Mifsud


Emil Calleja Bayliss