Il-captain tal-pajjiżi Ewropej kienu ser jilbsu l-faxxa tal-captain bil-kuluri tal-LGBTQ+ bħala protesta fil-World Cup. Jekk il-captains kienu se jagħmlu hekk il-FIFA kienet ser timmultahom u anke tagħmel xi sanzjonijiet oħra fuqhom.
Waħda mit-theddid kienet li l-captains li jilbsu dil-faxxa ser jaqilgħu karta safra mir-referee. Aktar kmieni llum ħarġet stqarrija fejn dawn il-pajjiżi qablu biex din il-faxxa ma tintlibisx mill-captain minħabba li jista’ jkun hemm effett negattiv waqt il-partiti lejn it-timijiet li jkunu libsu l-faxxa.
Pajjiżi bħall-Ingilterra kienu lesti jħallsu kull multa li kienu ser jaqilgħu imma li l-captain jaqla’ karta safra mal-ewwel kien se jkun ta’ riskju kbir minħabba li b’karta safra oħra jitkeċċa u t-tim jispiċċa jilgħab bi player inqas.