Fis-sensiela li qed tagħmel bħalissa l-paġna ‘The People of Malta’ fejn tfakkar il-memorja ta’ nies li ħallewna, illum għażlet li xxandar l-istorja tal-mibki Carmelo Ritchie, mekkanik li xogħlu kien jagħtih sodisfazzjon kbir.

Huma kitbu kliemu, “Xogħli kien mekkanik imma bħala passatemp kont inżarma u nimmodifika l-karozzi. Għandi 85 sena u għadni naħdem. Għadni nidħol taħt il-karozzi qisni mhux jien. Għadni naħdem anke ‘the hard way’. Għandi black spot f’għajnejja u ma nistax niwweldja. Dak hu d-dispjaċir li għandi. Ritratti tiegħi ssib madwar id-dinja fuq magazines tal-karozzi. Il-Mini kienu u għadhom l-iktar karozzi favoriti tiegħi. Saħansitra għad għandi mudelli antiki tagħhom li nikkollezzjonahom. Fost is-sodisfazzjonijiet li għandi huma li rabbejt familja u għandi familja magħquda u ħadt is-sodisfazzjon mid-delizzju tiegħi.”

Inżommuh fit-talb tagħna hekk kif niftakru l-passjoni ġenwina li kellu lejn il-karozzi u lejn ix-xogħol tiegħu bħala mekkanik. Il-memorja tiegħu tibqa’ mfakkra għal dejjem, jistrieħ fis-sliem.

Facebook / The People of Malta


Gabriella Borg