Bħalma forsi smajtu, il-kantant Matt Mercieca, magħruf bħala l-Muxu, bħalissa jinsab ġo Thailand fuq avventura ma’ ommu. Ftit jiem ilu hu fetaħ qalbu u qal kif kemm ilu hemm, diġa qed iħoss iżjed paċi f’qalbu.
Jistqarr kif tliet snin ilu, il-gżira bl-isem ta’ Koh Lanta, li għadu kif żar m’ommu, kienet l-istess gżira li għenitu jfejjaq lilu nnifsu emozzjonalment. Jgħid kif dan il-post għenu jerġa’ jsir persuna waħda minflok jibqa’ maqsum f’elf biċċa bħalma kien iħossu qabel.
Il-Muxu temm il-messaġġ tiegħu billi qal li jekk xi ħadd għadu qatt ma mar fuq din il-gżira, għandha tkun fuq il-lista żgur, għax hija maġika tassew.
Matt u ommu biċ-ċert li ħaqqhom igawdu l-ħajja wara d-diffikultajiet li kellhom jaffaċjaw fil-passat relatati mas-saħħa t’ommu. Komplu gawdu kemm tifilħu, għax ħajja waħda biss għandna!
Instagram/muxumusic